Imħabbra Dati Ġodda Għall-Festival Internazzjonali Tal-Logħob Tan-Nar 2022
Il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar 2022 ser ikun qiegħed jibda fl-20 ta’ April, u mhux fis-17 ta’ April, kif kien imħabbar qabel.
Fi stqarrija l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu qalet li ħadet din id-deċiżjoni, wara li hemm previżjonijiet ta’ maltemp li kienu jimpattaw is-saħħa u s-sigurtà tal-parteċipanti, tal-ħaddiema u tal-persuni li ser jattendu sabiex igawdu dan l-ispettaklu mill-isbaħ madwar il-gżejjer Maltin.
Id-dati u l-postijiet fejn ser isir il-Festival Internazzjonali tal-Logħob tan-Nar 2022 huma:
20 ta’ April 2022
Il-Bajja ta’ l-Għadira, Mellieħa
22 ta’ April 2022
Ġnien Ingraw, Mellieħa
23 ta’ April 2022
Il-Bajja ta’ Ħondoq, Għawdex
26 ta’ April 2022
Wied il-Għajn
29 ta’ April 2022
L-Imqabba
30 ta’ April 2022
Il-Port il-Kbir, il-Belt Valletta
30 ta’ April 2022
Festival tal-Logħob tan-Nar ta’ l-Art, organizzat mill-Kunsill Lokali tal-Furjana bil-kollaborazzjoni tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, fuq il-Fosos tal-Furjana
Aktar informazzjoni rigward arranġamenti ta’ traffiku u trasport pubbliku, u tagħrif dwar għeluq skedat tat-toroq ser ikun qiegħed jiġi ikkomunikat aktar viċin id-dati rispettivi, fuq il-paġna soċjali tal-Festival.