Aġġornat: Sewwieq Ta’ Mutur Isofri Ġrieħi Gravi Wara Ħabta Ma’ Karozza Fin-Naxxar
Sewwieq ta’ mutur Ungeriż ta’ 56 sena li joqgħod San Pawl il-Baħar sofra ġrieħi serji.
L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-12:45pm, fi Vjal il-Labour, in-Naxxar.
Mill-ewwel stħarriġ li sar irriżulta li seħħet ħabta bejn mutur Honda Africa Twin misjuq mill-vittma u karozza Honda Fit misjuqa minn mara ta’ 43 sena residenti l-Mosta.
Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza li ħadet lis-sewwieq tal-mutur l-Isptar Mater Dei, fejn ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.
Il-Maġistrat tal-Għassa Dr Ian Farrugia ġie infurmat bil-każ u ħatar inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija tad-Distrett tan-Naxxar għadhom għaddejjin.
Aktar kmieni:
Evitaw Labour Avenue Fin-Naxxar Minħabba Aċċident Tat-Traffiku Li Għadu Kemm Seħħ