Evitaw Labour Avenue Fin-Naxxar Minħabba Aċċident Tat-Traffiku Li Għadu Kemm Seħħ

 Evitaw Labour Avenue Fin-Naxxar Minħabba Aċċident Tat-Traffiku Li Għadu Kemm Seħħ

In-naħa ta’ isfel ta’ Labour Avenue fin-Naxxar tinsab magħluqa minħabba aċċident tat-traffiku li għadu kemm seħħ f’din it-triq prinċipali.

Jidher li f’dan l-aċċident kien involut mutur bis-sewwieq tiegħu ssofri xi ġrieħi.

Il-kundizzjoni tas-sewwieq għada mhux magħrufa.

Fuq il-post waslu tim mediku li qed jagħtu l-għajnuna kif ukoll membri tal-Pulizija u uffiċjali ta’ Trasport Malta li qed jikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com