Teħlisha Bi Żbrixx Wara Li Buffura Riħ Taqla’ Bieb Tal-Ħġieġ U Titfgħu Fis-Salott
Ir-riħ qawwi li qed jolqot il-gżejjer Maltin qed iħalli diversi ħsarat madwar il-pajjiż fosthom f’residenzi privati.
Din il-mara ħelsitha bi żbrixx hekk kif illum waranofsinhar ir-riħ qala bieb tal-ħġieġ minn postu bil-konsegwenza li dan spiċċa mkisser fis-salott tad-dar tagħha f’San Pawl il-Baħar.
Fuq il-mezzi soċjali l-mara spjegat li f’dan il-ħin hi kienet bilqiegħda fuq is-sufan.
Fortunatament il-mara ma sofriet l-ebda ġrieħi, però żgur li ħadet qatgħa b’dak li seħħ.
Diversi persuni diġà offrew l-għajnuna tagħhom biex tissewwa l-ħsara.