Fi Franza Macron Elett Mill-Ġdid President B’Aktar Minn 58% Tal-Voti
Emmanuel Macron se jkun qed imexxi lil Franza bħala President għal ħames snin li ġejjin wara li rebaħ l-elezzjoni Presidenzjali fuq ir-rivali tiegħu Marine Le Pen.
Macron qed ikun stmat li rebaħ din l-elezzjoni b’aktar minn 58%, filwaqt li Le Pen ġabet ftit aktar minn 41% li għall-partit lemin estrem huwa l-ikbar ammont ta’ voti li qatt kiseb.
Emmanuel Macron isir l-ewwel President li reġa’ ġie elett għal terminu ieħor fl-aħħar 20 sena.
Fl-elezzjoni li kienet saret fl-2017 Macron kien rebaħ b’66%.
Ritratt: Euronews