L-Arċisqof Jgħid Li Huwa Qatt Ma Talab Li Tiġi Posposta Ż-Żjara Tal-Papa
Il-Kurja tal-Arċisqof fi stqarrija qalet li l-Arċisqof Charles Scicluna qatt ma talab biex iż-żjara tal-Papa f’Malta tkun posposta, minkejja li kienet ġimgħa biss ‘il bogħod mill-elezzjoni ġenerali.
Dan intqal wara li lbieraħ The Shift News għamlu din l-allegazzjoni fuq l-Isqof Scicluna li huwa ċaħad kif ukoll qal li dan l-artiklu li kien ippubblikat huwa skorrett u fih informazzjoni bbażata fuq sorsi mhux infurmati. L-Arċisqof Scicluna qal li mhuwiex minnu li n-Nunzju Alessandro D’Errico ħa deċiżjoni li tmur kontra tiegħu.
Il-Kurja esprimiet s-sodisfazzjon li l-kleru u l-pubbliku, inkluż l-immigranti u r-refuġjati f’Ħal Far kienu entuzjasti biż-żjara tal-Papa f’Malta li ħalliet ġid spiritwali kbir.
Il-Kurja tal-Arċisqof qalet ukoll li waqt din iż-żjara tal-Papa Franġisku ġew segwiti l-istess proċeduri u protokolli bħal ma kien sar fiż-żjarat li kienu saru fl-1990, 2001 u l-2010.
Ritratt: Vatican News