Inti Kburi Li Int Malti??!!
Illejla fuq il-mezzi tal-midja soċjali qed jinxtered filmat fejn il-kandidat għas-siġġu ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech jinstema’ jgħid li meta jkun imsiefer u jsaqsuh minn fejn hu, minħabba kunjomu peress li hu Grech, jgħidilhom li hu mill-Greċja u faċli jitwemmen… “… mhux ċajta, veru hekk nagħmel… għax nistħi ngħidilhom li jien Malti…”
Nemmen li kull bniedem Malti għandu jkun kburi li hu Malti… din hija art twelidna. Jekk għandu wieħed jistħi, jistħi fuq għemejjel ta’ xi wħud iva veru, tistħi minħabba attitudnijiet u anke korruzzjoni tal-politiċi, ġejjin minn liema naħa jew partit ġejjin iva, imma li tistħi li int Malta, m’għandu jkun QATT!!!
Dikjarazzjonijiet bħal dawn ma jagħmlu xejn ġid… u jekk hemm tama ta’ bidu ġdid, żgur li din tal-lum ma tantx turi hekk!