Weġġa’ Gravi Wara Li Żelaq Minn Fuq Trakk F’Ħ’Attard
Raġel ta’ 32 sena, għall-ħabta tat-8am, kellu jittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ waqt li kien qiegħed jaħdem f’maħżen fi Triq l-Idwart, Ħ’Attard.
Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li waqt li r-raġel kien qiegħed iħott xi affarijiet minn fuq trakk, żelaq u waqa’ minn fuqu.
Huwa ttieħed l-isptar b’ambulanza u aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.