Iweġġa’ Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fil-Mosta

 Iweġġa’ Gravi Wara Li Ttajjar Minn Karozza Fil-Mosta

Raġel ta’ 63 mill-Mosta weġġa’ gravi wara li ttajjar minn karozza.

L-aċċident seħħ illum, għall-ħabta tas-7:30am, fi Triq in-Naġġar, il-Mosta.

Il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u mill-ewwel investigazzjonijiet irriżulta li l-vittma, intlaqat minn Volkswagen Golf li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 35 sena residenti l-Imtarfa.

Il-vittma ngħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet fuq il-każ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com