Il-Mostin Illum Ifakkru Ġurnata Speċjali…
Illum fil-Mosta wieħed jista’ jara diversi bnadar fuq il-bjut, jispikkaw l-aktar is-safra u bajda tal-Papa u s-safra u l-ħamra l-kuluri assoċjati ma’ Bażilika.
Fil-fatt illum il-Mostin qed ifakkru r-raba’ anniversarju minn meta l-Papa Franġisku kien ħareġ id-digriet li jġib id-data tal-31 ta’ Mejju, 2018, li l-Knisja tal-Mosta kienet se tkun elevata għal-Bażilika Minuri.
Wara tliet snin ta’ ħidma din il-ħolma kienet seħħet propju nhar il-Ħadd, 29 ta’ Lulju, 2018.
Awguri lill-Mostin!