Jitnieda L-Film Jurassic World, Bix-Xeni Ta’ Malta Jiddominaw
Ilbieraħ tnieda l-film blockbuster tal-franchise Jurassic World Dominion, bix-xeni ta’ Malta jiddominaw fl-ewwel siegħa tal-film. L-hekk imsejjaħ Gran Finali tat-triloġija, Dominion jara r-ritorn tal-kast oriġinali mill-ewwel edizzjonijiet ta’ Jurassic Park fit-tmeninijiet – Laura Dern, Sam Neill u Jeff Goldblum, jingħaqdu mal-atturi prinċipali – Chris Pratt u Bryce Dallas Howard. Għall-ewwel darba fl-istorja tal-films f’Malta, Pajjiżna sab ruħu fi’ blockbuster ta’ dan il-livell, bid-direttur Colin Trevorrow ifaħħar lil Gżejjer tagħna u l-crew Malti li ħadem fuq dal-film.
Għat-tnedija ta’ Jurassic, il-kummissarju Malti għal films Johann Grech sostna “lkoll ninsabu kburin u eċitati bit-tnedija ta’ dan il-film, b’Pajjiżna fil-quċċata” u kif il-Malta Film Commission qed tikseb dawn ir-riżultati bis-saħħa tal-ħidma kontinwa b’għan komuni . Il-Ministru għat-Turizmu, inkarigat mill-industrija tal-films, Clayton Bartolo qal li ż-żminijiet meta ffilmja Jurassic World Dominion f’ Malta ma kienux faċli, speċjalment għal-fatt li kien l-ewwel blockbuster movie fid-dinja li ffilmja waqt il-pandemija. Bartolo qal li l-industrija tal-films, mhux biss kienet reżiljenti u fost l-ewwel li rkuprat, iżda anke qed taċċellera fuq kull fronti. Huma għalqu billi rrangrazjaw lil kull persuna li b’xi mod għen biex inġibdet din il-produzzjoni, u wassal biex illum Malta spiċċat fuq il-‘big screen’.
B’xeni mill-ajru tal-Belt u l-Birgu li juru s-sbuħija ta’ Malta, id-dinosawri jagħmlu ħerba fi’ Pjazza San Ġorg, bil-bandiera Maltija tperper fl-isfond tal-istampa.
Mil-lum, il-pubbliku jista jara Jurassic World Dominion fis-swali taċ-Ċinema kollha madwar id-dinja.