“Ħadd Mhu Ser Jintimida La Lili U Lanqas Lill-PN… ” – Joe Giglio

 “Ħadd Mhu Ser Jintimida La Lili U Lanqas Lill-PN… ” – Joe Giglio

Il-Membru Parlamentari Joe Giglio għamel referenza fuq il-midja soċjali tiegħu, għall-intervista li kellu mal-Professur Andrew Azzopardi.

Qal kif fl-intervista kien mistoqsi dwar ir-rwol tiegħu bħala Avukat f’każ li kien jinvolvi lil Maria Efimova u l-Bank Pilatus. “Jiena esprimejt il-ħsibijiet personali tiegħi dwar il-fatti li kelli quddiemi dakinhar.”

Saħaq li qed jesiġi li l-awtoritajiet tal-pajjiż jagħmlu xogħolhom biex toħroġ il-verita’ kollha u qal li se jibqa’ jsus warajhom biex dan iseħħ mingħajr aktar tfixkil jew dewmien.

“Ħadd mhu ser jintimida la lili u wisq anqas lill-Partit Nazzjonalista milli nkomplu l-ġlieda biex nsiru nafu l-verita’ kollha u naraw li ssir ġustizzja”, temm jgħid Giglio.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com