Tagħthom Għotja Ta’ ‘Defibrilators’ Għall-Kunsill Lokali Kollha T’Għawdex… Huma Vitali F’Każ T’ Attakki Kardijaċi
Id-Dama Carmen Bellamy, Fundatriċi u Ċerperson tal-Gozo CCU Foundation, ilbieraħ tat donazzjoni ta’ Automated External Defibrillator (AED) lill-14-il Kunsill Lokali f’Għawdex, sabiex dan jitwaħħal f’post li l-aktar ikun iffrekwentat min-nies fil-lokalitajiet.
B’hekk, f’każ ta’ emerġenza, dan l-apparat jintuża bl-għan li jiġu salvati aktar ħajjiet tan-nies.
Din kienet inizjattiva tas-Sindku ta’ Kerċem Mario Azzopardi flimkien ma’ Dr. Samuel Azzopardi, President tar-Reġjun t’Għawdex.
Dan l-apparat mediku, huwa ta’ għajnuna vitali kbira f’każ ta’attakki jew kumplikazzjonijiet kardijaċi.
Ritratt: Captured Memories