Glasgow Fi Skozja Titfa’ L-Interess Biex Tospita L-Eurovision 2023
Il-Belt ta’ Glasgow fi Skozja uffiċjalment tefgħet l-interess tagħha biex tospita l-ispettaklu tal-Eurovision Song Contest tas-sena d-dieħla. Wara li lbieraħ tħabbar li r-Renju Unit uffiċjalment ser jospita dan l-avveniment din il-Belt ħatfet l-okkazzjoni hekk kif anke mal-lagħba hija l-aktar belt favorita li tista’ verament tospita l-Eurovision.
Illum il-Kunsill ta’ Glasgow qal li l-Belt tilħaq il-miri kollha biex tospita dan l-avveniment u li spettaklu bħal dan fil-Belt tagħhom jista’ jġib mal-20 Miljun Lira Sterlina fl-ekonomija. Jekk l-EBU l-organiżżaturi tal-Eurovision, flimkien mal-istazzjon televiżiv BBC jagħżlu lil Glasgow, l-ispettaklu jittella’ ġewwa OVO HYDRO, l-akbar stadium li fuq ġewwa kapaċi jesgħa mal-14,000 ruħ. Iron Maiden, Metallica, Muse, Adele, Dua Lipa, Billie Eilish kollha għamlu kunċerti f’dan l-istadium.