F’Diċembru Li Ġej Se jkollna L-Vaċċin? Int Ser Tieħdu?

 F’Diċembru Li Ġej Se jkollna L-Vaċċin? Int Ser Tieħdu?

Ftit tal-jiem ilu l-viroloġista Chris Barbara żvela li l-ewwel wasla tal-vaċċin tal-Covid-19 hija mistennija f’Malta f’Diċembru li ġej, dan dejjem jekk il-provi li għaddejjin bħalissa mill-kumpanija farmaċewtika multi nazzjonali Ingliża-Svediża AstraZeneca jirnexxu.

Din il-kumpanija li hi msieħba mal-Università ta’ Oxford fl-Ingilterra, waslet fi stadju avvanzat ħafna, fejn hu magħruf li l-vaċċin ta’ din il-kumpanija jinsab fit-tielet fażi tal-provi kliniċi u qed jiġi ttestjat fuq 30,000 persuna.

Malta hija diġà allokata 330,000 doża fejn l-ewwel ser ikunu qedgħin jingħataw dan il-vaċċin il-persuni li jaħdmu fil-qasam tas-saħħa u dawk vulnerabbli. Il-Gvern kommess li jixtri aktar dożi sabiex jitqassmu b’xejn fost il-popolazzjoni Maltija.

Jekk il-vaċċin jasal kif skedat, int ser tieħdu?

Numru ta’ sondaġġi jindikaw li l-maġġoranza tal-Maltin huma lesti li jieħdu dan il-vaċċin għalkemm numru sostanzjali tal-popolazzjoni, għal xi raġuni jew oħra ser tkun qiegħda tirriġettaħ.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com