Miexi Ġmielu X-Xogħol Fuq Dementia Garden Fl-Isptar San Vinċenz
Ir-residenti tal-Isptar San Vinċenz se jkunu jistgħu jgawdu minn Dementia Garden li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqu b’investiment ta’ €750,000. Waqt żjara li għamel il-Ministru għall-Anzjanità Attiva Jo Etienne Abela, ġie nnutat kif dan huwa proġett ieħor fost sensiela li mhux biss jipprovdi l-aħjar kura medika li għandhom bżonn ir-residenti iżda jindirizza
Il-Ministru spjega li l-kunċett ta’ ġnien dementia-friendly huwa wieħed innovattiv u l-ewwel tat-tip tiegħu f’Malta. Dan il-ġnien se jkun qed ikopri 3,000 metru kwadru u se joffri spazju fejn persuni bid-dimensja jkunu jistgħu jqattgħu ħin f’ambjent adegwat għalihom. Fih se jkunu jistgħu jsiru wkoll attivitajiet