Il-Bajja tar-Rinella, minsija, għaliex!

 Il-Bajja tar-Rinella, minsija, għaliex!

Waħda mill-aktar bajjiet sbieħ fin-naħa tas-South ta’ Malta, b’veduta tal-Belt mill-isbaħ, però f’dawn l-aħħar snin ġiet mitluqa tant li lanqas baqa’ spazju għat-tfal biex jilagħbu bir-ramel.

Sa ftit snin ilu din il-bajja kienet ikbar, id-doppju ta’ li hi llum, però kull xitwa li tgħaddi bil-maltemp dejjem jonqos aktar ir-ramel, saħansitra li issa l-bajja tinsab fi stat mimlija ġebel.


Peress li l-bajja saret mimlija ġebel u ftit ramel, hija ta’ periklu għat-tfal għax lanqas jistgħu jilagħbu, jiġru fuq ir-ramel, kif ukoll għal min jixtieq imur ġurnata baħar lanqas biss baqa’ spazju fejn wieħed jitfa’ xugaman u umbrella komdu. Peress li l-bajja ċkienet, b’għaxar tined li spazju tal-bajja jittieħed kollu.

Ħafna kummenti min-nies mill-Kalkara huwa li kull sena jgħaddu l-ilment tagħhom mal-kunsill però r-risposta tal-kunsill tkun illi ma jista’ jagħmel xejn min-naħa tiegħu.

X’qed nistennew illi xi ħadd jieħu azzjoni u jerġa’ jsebbaħ din il-bajja bħalma darba kienet? Taħt min taqa’ din ir-responsabbità jekk mhux tal-kunsill?

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com