Forza Malta!
It-tim Nazzjonali Malti tal-futbol illum ikompli l-avventura tiegħu fil-grupp C tal-kwalifikazzjoni għall-kampjonati Ewropej meta llejla fl-istadium nazzjonali ta’ Ta’ Qali nilqgħu lil Maċedonja ta’ Fuq. Malta s’issa lagħbet 4 logħbiet u tlifna l-4 li huma filwaqt li l-Maċedonja lagħbu 3 logħbiet u kisbu rebħa waħda biss, dik kontra Malta ġewwa l-Maċedonja.
It-tim Nazzjonali Malti ġej minn rebħa ta’ 1-0 kontra l-Ġibiltà li ntlagħbet l-Erbgħa li għadda u wieħed jispera u jawgura li niksbu l-ewwel punti llejla. Meta wieħed jikkunsidra li fil-grupp ta’ Malta hemm il-qawwa tal-Ingilterra, l-Italja u l-Ukranja jekk hemm tama li niksbu xi punt huwa propjament illejla.
Inħeġġu lill-partitarji biex jitilgħu Ta’ Qali u jagħtu s-support tagħhom. Forza Malta!