5 affarijiet li m’għandek tgħid qatt lill-maħbub/a tiegħek
Xi drabi, fis-saħna tal-mument taqbżilna xi kelma ’l hemm u ’l. Wara li nkunu għednieha jiddispjaċina, u nitolbu skuża. Taħfer, veru, imma kelma b’saħħtiha diffiċli tinsieha.
Għaldaqstant, filwaqt li nissuġġerixxu li dejjem għandek toqgħod attent xi tgħid, dawn li ġejjin huma 5 affarijiet li m’għandek tgħid qatt lill-maħbub/a tiegħek:
- Nixtieq li qatt ma ltqajt miegħek
- Veru qed narak ħxint
- Inti qatt ma għamilt xejn għalija
- Dan kollu tort ta’ ommok u missierek
- Inti l-akbar żball ta’ ħajti
B’kelma bniedem ittellgħu s-sema u b’kelma kapaċi tkissru.