5 affarijiet li kulħadd jagħmel imma ħadd ma jgħid li jagħmilhom
Filwaqt li aħna differenti minn xulxin, simili wkoll u dawn huma xi affarijiet li kważi kulħadd jagħmel imma ħadd ma jitkellem fuqhom.
- Tippretendi li qed taqra l-kartolina u fl-istess ħin qed tgħodd il-flus ta’ ġo fiha
- Toħroġ il-mowbajl biex tara l-ħin, iddaħħlu, u tinsa l-ħin li tkun għandek kemm rajt
- Tiċċekkja imejl wara li tkun bgħattha, avolja tkun rajtha mitt elf darba
- Tbaxxi l-mużika, biex tara aħjar inti u ssuq
- Tbiddel il-password u wara ftit xorta ddaħħal waħda antika
Inti tagħmilhom dawn l-affarijiet?