Tibda l-UEFA Champions League – Jiskorja l-goalkeeper ta’ Lazio

 Tibda l-UEFA Champions League – Jiskorja l-goalkeeper ta’ Lazio

Ilbieraħ bdiet l-iktar kompetizzjoni prestiġjuża futbol meta kellna l-ewwel ġurnata tal-UEFA Champions League.  

Newcastle marru ġo San Siro u rnexxilhom jiksbu punt fi draw ta’ 0 0 kontra AC Milan f’logħba li ir-Rossoneri ddominaw għall-ħin twil. 

F’logħba oħra mistennija, Lazio u Atletico Madrid spiċċaw fi draw ta’ 1-1 fejn Lazio ġabu draw fl-aħħar minuta tal-logħba b’goal tal-goalkeeper Ivan Provedel. 

F’logħba oħra ta’ ċertu importanza PSG ħallew kollox għat-tieni taqsima biex għelbu lill-Ġermaniżi ta’ Borussia Dortmund bl-iskor ta’ 2-0 filwaqt li ċ-Champions renjanti ġewwa darhom għelbu lil Red Star tas-Serbja bl-iskor ta’ 3-1 wara li kienu minb taħt fl-ewwel taqsima. 

Il-kumplament tar-riżultati kienu dawn

Fayernoord v Celtic 2 0

Young Boys v RB Leipzig 1 3

Barcelona v Royal Antwerp 5 0

Shaktar Donetsk v Porto 1 3

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com