Kemm-il darba ssiefer fis-sena?
Kemm-il darba fis-sena tivvjaġġa għal xi vaganza? B’mod ġenerali, 60 fil-mija ta’ studju li sar, juri li l-pubbliku jivvjaġġa darba jew darbtejn fis-sena. Nistaqsu wkoll, jekk is-safar huwiex tajjeb għas-saħħa? Jiena nwieġeb din il-mistoqsija b’IVA! Vaganza tajba tidher li tnaqqas l-istress, tgħin għal iktar kuntentizza, u fl-aħħar mill-aħħar tikkontribwixxi għal saħħa u benefiċċji oħra. Li tieħu pawża mil-ħajja ta’ kuljum kultant żmien hija essenzjali.