Fejn suppost għandhom jintremew il-batteriji?
Rajniha diversi drabi li x’aktarx hawn min jarmi l-batteriji żgħar fil-borża taż-żibel sewda. Fir-realtà dan huwa perikoluż u għandu jiġi riċiklat fil-kontenitur xieraq. Jekk wieħed jarmi l-batteriji fil-bins suwed, jistgħu jseħħu diversi ħsarat lill-ambjent. Ħabba f’hekk jiġu rilaxxati sustanzi ta’ ħsara bħal metalli tqal li jikkontaminaw il-ħamrija, taħt l-art, jew ilmijiet tal-wiċċ. Il-metalli tqal fil-batteriji jista’ jkollhom ukoll effetti ta’ ħsara fuq is-saħħa tal-bniedem fejn jistgħu jikkawżaw ħruq u perikli għall-għajnejn u l-ġilda tagħna. @Greenpak introduċiet inizjattiva mmirata biex iżid ir-riċiklaġġ tal-batteriji filwaqt li fl-istess ħin tgħin lil dawk fil-bżonn. Din il-kampanja tgħaqqad żewġ oġġetti komuni, ir-riċiklaġġ u l-karità. GreenPak qed tiġbor fondi għal Hospice meta tirriċikla l-batteriji.
Jekk għandek xi batteriji li jinsabu madwar id-dar jew l-uffiċċju tiegħek, aħseb dwar kif tista’ tappoġġja, kif ukoll tgħin lill-ambjent. Kull ma trid tagħmel hu li twarrab il-batteriji tiegħek f’wieħed mill-bins tal-batteriji ta’ GreenPak li jinsabu f’supermarkets, stationeries, kunsilli lokali u skejjel ewlenin. Dawn li ġejjin huma t-tipi ta’ batteriji li jistgħu jitqiegħdu fil-bins: AA, AAA, Button, C, D, 6V, 9V & batteriji mħallta.
GreenPak qed tħeġġeġ kontinwament lill-pubbliku biex jarmu l-batteriji b’mod sikur u responsabbli.
Ara l-lista ta’ fejn tista’ tieħu l-batteriji użati tiegħek: