Skandlu ieħor fil-futball Taljan

 Skandlu ieħor fil-futball Taljan

Bħalissa il-futbal Taljan reġa’ għal darba oħra qiegħed taħt lenti l-ħazina wara li matul dawn il-jiem feġġ skandlu ieħor din id-darba fuq logħob tal-ażżard jew aħjar imħatri min ‘players’ tan-Nazzjonal u ‘players’ professjonali. ‘Players’ li huma taħt kuntratt ma jistgħux jilgħabu dan it-tip ta’ mħatri u kien il-personaġġ kontroversjali Fabrizio Corona li ħareg l-aħbar li l-player ta’ Juventus Nicolo Faggioli kien qed jagħmel l-imħatri fuq futball u anka kien jinsab f’sitwazzjoni kerha ta’ dejn ma kriminali Serbi. Ftit jiem wara l-istess, Corona ħabbar li żewġ ‘players’ tan-Nazzjonali Taljan ukoll jagħmlu mħatra fuq il-futball u wiħed minnhom anka għamel mħatra fuq it-tim tiegħu. Issa sar magħruf li dawn huma Sandro Tonali li Newcastle għadhom kemm xtraw mingħand Newcastle għas-somma ta’ iktar minn 70 miljun euro u Nicolo Zaniolo l-‘player’ ta’ Aston Villa.

Il-puluzija qed tinvestiga u jekk dan huwa minnhu, dawn il-‘players’ jistaw ikunu sospiżi għal tul ta’ żmien.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com