Tridu nsolvu l-problema ta’ ħafna barranin jaħdmu f’Malta?
It-tgergir fuq il-ħafna barranin li jinsabu Malta dejjem qiegħed jiżdied u jikkonċerna lill-Maltin. L-effetti ta’ din iż-żieda kulħadd jista’ jinnutahom speċjalment fit-traffiku, piż żejjed fuq l-infrastruttura tagħna, dħul ta’ kulturi li forsi ma jmorrux mal-kultura tagħna u ħafna problem oħra.
Però xi ħaġa li ħadd ma huwa jitkellem fuqha jew ftit drabi isemmu hija li l-maġġoranza ta’ dawn il-barranin għandna bżonnhom għax ħaddiema Maltin ma hawnx fis-suq. Hawn min jgħid għax il-Maltin ma jridux jaħdmu f’ċertu xogħol, jew għax il-pagi huma baxxi però jekk wieħed iħares lejn in-numru ta’ kemm nies ma jaħdmux, dan huwa wieħed verament baxx allura l-problema tiġi waħidha, il-Maltin qed jonqsu fin-numru.
Hawn niġu għall-punt li rridu nqajjmu. Qed jitwieldu biżżejjed tfal Maltin biex għada pitgħada nsolvu din il-problema? Malta għandha waħda mill-inqas rati ta’ twelid fl-Ewropa u jekk wieħed irid jaħseb biex il-problema tal-ħafna barranin tonqos għandha tkun indirizzata r-rata ta’ twelid . Mhux se tissolva għada imma almenu 30 sena oħra nkunu nistgħu ngħidu li Malta fis-sena 2024 għamlet xi ħaġa biex il-problemi li kienu għaddejin minnhom isolvuwhom.
Biex jitwieldu iktar Maltin l-awtorijiajiet għandom jagħtu iktar inċentivi lill-ġenituri però nifmhu li mhux daqshekk sempliċi. Hemm diversi fatturi x’wieħed jikkunsidra però wasal iż-żmien li xi ħadd jibda din id-diskussjoni.