X’ jiġrilu x-xagħar f’ dawn iż-żminijiet?
Kontu tafu li x-xagħar tagħna jinbidel skont l-istaġuni? Fis-sajf ħabba x-xemx u s-sħana, jitgħaqqad iktar u jiġi aktar umduż, tnixxef iż-żejt naturali tax-xagħar u jitilfu n-nutrijenti kif ukoll il-qorriegħa tibda tinxef u ġġiegħelek tħokk iktar. Ix-xitwa min-naħa l-oħra, tagħmel ħsara mod ieħor fejn tnixxef ix-xagħar, kif ukoll ħsara għat-truf fejn jibdew jinqasmu. Iktar iva milli le, l-espożizzjoni għall-elementi kesħin u kif imbgħad tidħol ġewwa d-dar tkun iktar sħuna jistgħu jneħħu x-xagħar tagħna mill-umdità (moisture) tiegħu, u jwassal għal xagħar matt fejn huwa aktar suxxettibbli għall-ħsara.
Però tinkwetawx, hemm soluzzjoni għal din il-biċċa xogħol. Dejjem għandek tieħu ħsieb ix-xagħar tiegħek u hekk kif issa dħalna mhux ħazin għall-arja kiesħa hemm ħafna modi kif nistgħu nieħdu ħsieb:
- Uża xampù u conditioners li ħa jgħinu kontra l-umdità.
- Agħmel trattament ta’ ‘Deep Conditioning Mask’ darba f’ ġimgħa.
- Biex tipprevjeni milli l-qorriegħa tiegħek tkun niexfa, għamel użu mix-xampù inqas spiss milli inti mdorri.
- Agħmel użu mill-inqas possibbli ta’ ‘Hair Straighteners’ u ‘Curlers’ għax jaħarqu aktar ix-xagħar.
- Uża oils wara l-ħasla tax-xagħar, bħall-‘Leave-in-Conditioners’ jew ‘Serums’
- Ħaġa li tgħin ħafna speċjalment f’dawn iż-żminijiet huwa li tuża ‘Silk Scarf’ u kif ukoll ‘Pillow Case Cover’ tas-silk, hekk tipprevjeni ‘split ends’.
Tagħmlu xi waħda minn dawn ir-ritwali f’dan l-istaġun ta’ kesħa?