“Tan-Nanna Ħelu Manna”, xi platt favorit kienet tagħmlilkom in-nanna?
“Tan-Nanna Ħelu Manna” hekk kienu jgħidulna, u dan għaliex? Din l-espressjoni kienu ta’ spiss isemmuha fiż-żmien, fejn ħafna drabi in-nanniet stess kienu jgħiduha, għax daqs l-ikel tajjeb tan-nanna ma kien jaf jagħmlu ħadd u għalhekk din il-frażi kienet tintuża. U biex ngħidu l-verità u s-sewwa, l-itjeb ikel li konna nieklu kien verament minn taħt idejn in-nanna. Kienu jsajru bosta ikliet differenti, iżda l-iżjed ikel li kienu jħobbu jagħmlulna huma l-għaġin il-forn u xi lażanja.
It-togħma ma konna nibdluha ma’ xejn u ma’ ta’ ħadd hekk kif qatt ma konna ntiegħmu ikel daqshekk tajjeb u bnin daqs kemm kien ikun tajjeb minn taħt idejn in-nanna, veru? U xi ngħidu għall-porzjon li kienet tagħmlilna, bi platt wieħed kienet titma żewġt itfal, imma ma ngergrux għax mhux talli nibilgħuh l-ikel talli anke nilagħqu l-platt konna kieku nistgħu!
Liema kien il-platt favorit li kienet tagħmlilkom?