Hawn min qatt ma jammetti … Taqblu?

 Hawn min qatt ma jammetti … Taqblu?

Sew jekk għandux tort, jew li żbalja, jew li ma jkunx jaf ħaġa jew oħra … dawn huma nies li ssibhom dejjem u kullimkien. Nies li tagħhom huwa dejjem tajjeb u għandhom raġun f’kollox u meta jiġu daharhom mal-ħajt, joħolqu gwerra biex ma jiħdux it-timbru li żbaljaw.

Imma min ma jiżbaljax? Possibbli dak li jkun jew dik li tkun ma jindunawx li sejrin żmerċ? Iva almenu għal darba! Imma le.

Sfortunatament dan ikun ġej minn ego fraġli anke quddiem evidenza ċara kristall li qed jiżbaljaw. Tista’ tkun ġejja wkoll minn stima baxxa tagħhom infushom anke jekk jidhru pompużi u li huma estroverti għax fil-fond ta’ qalbhom, ma jkunux.

Bla dubju joħolqu irritazzjoni lit-terzi persuni għaliex jindunaw li ma’ dawn it-tip ta’ nies qatt mhu se tiġik żewġ.

Issa hemm żewġ affarijiet; jew taċċettaħhom kif inhuma inkella battalja kontinwa li dejjem se tkun mitlufa bil-konsegwenza li se timliek b’rabja u frustrazzjoni kbira.

Aħna nagħżlu l-ewwel waħda … m’għandniex ħin x’naħlu. U intom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com