X’għandek tagħmel jekk xi ħadd qed jifga?

 X’għandek tagħmel jekk xi ħadd qed jifga?

Kull sena fid-dinja kollha, ħafna jkunu dawk li jittieħdu l-isptar malajr minħabba li jkunu fgaw fl-ikel. Malta tiġri wkoll għalkemm ma hemmx statistika per se.

L-iżjed li huma vulnerabbli huma t-tfal u l-anzjani imma din tista’ tiġri lil kulħadd. Anqas tkun taf kif! Ikel bħal għeneb u karawett huma fost l-aktar popolari li jikkaġunaw dan. Imma mhux biss. Hemm min faga f’biċċa laħam u baqa’ taħtha.

Jekk persuna tkun qed tifga iżda tkun għadha kapaċi titkellem tajjeb li:

  1. ninkoraġġuha tibqa’ tisgħol biex tnaddaf il-pajp tal-ikel
  2. nitolbuha tipprova tobżoq l-ikel ‘il barra

Imma jekk li tisgħol narawh li jkun iebes, irridu naġixxu malajr.

Jekk qed nitkellmu fuq tarbija jew mara tqila, ma nistgħux ntuhom skossi fuq l-istonku. Dawn ikunu fraġli ħafna.

Jekk qed nitkellmu fuq persuni oħra jew tfal ta’ ‘il fuq minn sena rridu nagħmlu hekk:

  1. Aqbad il-persuna minn wara, dawwar idejk ma’ qaddhom u ara li jintelqu ‘l quddiem.
  2. Agħmel il-ponn u agħfas fuq l-istonku
  3. Bl-id l-oħra fuq il-ponn, agħfas ‘il fuq, ‘il fuq l-istonku
  4. Agħfas ‘il fuq u ‘l ġewwa u rrepeti hekk għal 5 darbiet.

Jekk tara li għalxejn, ċempel għal għajnuna b’mod immedjat.

Jekk issa qed nitkellmu fuq tarbija:

Poġġi bilqiegħa u agħmel lit-tarbija tħares l’isfel fuq kuxxtejk filwaqt li żżommilha rasha b’idejk.

Agħti 5 mbuttaturi fuq id-dahar, b’id waħda fin-nofs tad-dahar u bejn il-ġwejnaħ tal-ispalel. jekk din ma taħdimx, dawwar it-tarbija tħares ‘il fuq, sib in-nofs tas-sider u b’żewġt iswaba agħfas madwar 5 darbiet b’mod rapidu.

J’Alla dawn ma jiġru qatt, imma tajjeb li nkunu infurmati f’każ ta’ bżonn!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com