Ara x’nagħmlu jkollna Papa Għawdxi e?!

 Ara x’nagħmlu jkollna Papa Għawdxi e?!

l-aħwa kieku; banda, nar, briju, armar … festa bħal tagħna ma jkun qatt sar!!!

Poplu li għadu Barokk (jiġifieri pompuż u ċelebrattiv) fil-karattru tiegħu u ħallieh ħa jiċċelebra. U għaliex le? Ikun ħaqqna nifirħu le?

X’timmaġinaw li jsir kieku l-Kardinal Mario Grech isir Papa?

Aħna nimmaġinaw li l-ewwel ma jsir, jittellgħu koċċ bnadar fuq il-bjut u jinħarqu l-musketteriji … dejjem skont x’ħin jitħabbar għax jekk ikun tard billejl, tinħaraq kaxxa ħalli tidher sew.

Nagħmlu l-mugs, il-bnadar, l-imkatar u sa mriewaħ isiru b’wiċċ il-Kardinal … erm il-Papa.

Il-flokkijiet, il-key chains u fuq facebook? illll kif nifqgħuh kieku kulħadd juri li jafu sew, jekk mhux li trabba miegħu wkoll!

Inkunu rridu niltaqgħu miegħu u naraw kif nagħmlu ħa mmorru sal-Vatikan. Jekk iżur Għawdex, baned fit-toroq u bandalori, pavaljuni u forsi jinħarġu l-vari titulari wkoll.

Xandiriet diretti, pulizija, u t-tribuna? Nagħmlu waħda ħalli l-ewwel vjaġġ barra l-pajjiż, bla dubju ŻGUR NENFASIZZAW LI jkun f’Malta u Għawdex.

Tibda xi ftit inkejja ħelwa mill-Għawdxin versus il-Maltin; “aħna żgħar imma kbarrrr sa Papa għandna ħi” u ma tridx wisq li nibdew kważi ngħidu li r-reliġjon bdiet f’pajjiżna.

Niċċajtaw ftit aħna minn Stradarjali imma dan li qed ngħidu ma naħsibx li qed imorru żmerċ wisq le? Għidu l-verità. Xi tgħidu?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com