Malta hija magħrufa għall-….. Kompluha
Li kieku tkunu mistoqsija għaliex hija magħrufa Malta, xi twieġbu?
Hemm ħafna affarijiet li jiddistingwuwna u jagħmluna poplu uniku f’pajjiż mill-isbaħ.
Ngħidu aħna:
- li Malta għandha storja kbira u sinjura
- li hija magħrufa għall-ġbid tal-films
- insibu siti li huma patrimonju dinji (UNESCO)
- għandna l-festi titulari huma kbar u ċċelebrati bl-aqwa mod u Barokk
- li l-kċina tagħna hija mħawra sew u bnina
- li għandna lingwa tagħna; il-Malti
- li r-Reġina Eliżabetta tant ħabbet lil Malta li sejħitilha ‘t-tieni dar tiegħi barra l-Ingilterra’
- li l-poplu ta’ Malta huwa ħabriek kif ukoll jaf igawdi
- li għandna qalbna tajba u norganizzaw avvenimenti bħall-Istrina; ħaġa rari f’pajjiżi barranin
- li hija mdawra b’baħar sinjur u mfittex sew mill-bugħaddasa
X’taħsbu iżjed? Kompluha… Malta hija magħrufa għall-…