Illum ġurnata minn dawk jaqaw? Itfi kollox u strieħ.

 Illum ġurnata minn dawk jaqaw? Itfi kollox u strieħ.

M’għandekx taħseb xejn u fuq xejn. Neħħi l-laptop, itfi l-mobile u mur strieħ. M’hemmx skużi. Ħajtek tiegħek idderiġieha int.

Fi ġranet bħal dawn trid tiddeċiedi u tkun int il-kmand tas-sitwazzjoni. Trid tagħmel kuraġġ u tiġġieled mal-ħsibijiet li jekk se tieqaf se tonqos. Le, se tonqos jekk ma tieqafx. Għandek bżonn tistrieħ.

Dal-ġiri u l-ġenn kollu biex jum wara l-ieħor għaddejja ħajtek. Iżjed kemm tisforza f’mumenti hekk, iżjed se tiżbalja u tispiċċa titnerveż iżjed.

Kun kuraġġuż u agħżel lilek innifsek illum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com