Aqra liema huma l-iżjed rigali popolari llum?
Illum huwa l-jum li fih jingħataw ħafna rigali. Iċ-ċikkulatini jibqgħu popolari ħafna f’kaxxi puliti u b’disinni mill-isbaħ f’forma ta’ qlub u oħrajn b’xi ċoff aħmar imdawwar magħhom.
Il-fjuri wkoll huma mfittxija dejjem. Speċjalment il-warda l-ħamra.
Għan-nisa, jissemmew ħafna d-djamanti; xi ċurkett simbolu ta’ mħabba kbira u forsi xi proponiment ikun mistenni ferm bħal-lum.
Ma noħduhiex bi kbira li naraw xi filmati hekk fuq il-midja soċjali fejn naħa jew oħra titlob lil xulxin biex ikunu marthom jew żwieġhom.
It-teddy bears ukoll jinxtraw ħafna. Iżjed kemm ikun kbir iżjed l-affermazzjoni ta’ mħabba. Jaħseb il-moħħ.
Jintefqu l-flus. Jiddiżappuntaw rwieħhom oħrajn. Iħossuhom waħedhom xi wħud. Ġurnata ta’ emozzjonijiet u stennija.
Tinkwetawx wisq ħbieb. Il-jum tal-lum jgħaddi mal-oħrajn. L-iżgħar ħaġa imma mill-qalb kapaċi tkun tfisser iżjed minn dik li tiswa ħafna flus. Jekk int waħdek illum, għada abbli jkollok iċ-ċans tiegħek li tkun maħbub/a. Il-ħajja qasira biex neħlu ma’ mumenti hekk.