Min jerfa’ qoftu mhux pastaż? Xi tfisser?
Ġieli smajtuha? Forsi dawn il-frażijiet naqsu ħafna fl-użu tal-lingwa imma huma ferm sbieħ u fihom tifsira.
Dak li jerfa’ qoftu kienet referenza għal persuna li ġġorr oġġetti minn post għall-ieħor.
Tfisser, jew kienet tfisser li persuna li ġġorr oġġett li hu tiegħu stess, mhux bilfors qed jagħmlu għax dik hi l-professjoni tiegħu imma għax hekk hemm bżonn li jsir. Illum tfisser għal dak li jkollok tagħmel għax għandek bżonn tagħmlu.
Lura fiż-żmien, dawn in-nies li kienu jġorru kienu jissejħu psataż jew ħamalli għaliex kienu jitlajjaw f’ċerti postijiet, l-iżjed max-xatt tal-port biex jaqilgħu ħobżhom waqt li jġorru xi ħaġa.
Kienu jkunu nies b’manjieri xi ftit goffi u anke vulgari. B’hekk bdiet il-konotazzjoni tal-kelma ħamalli ma’ xi ħadd vulgari. Il-kelma hammall fit-Turkija fil-fatt, tintuża għall-persuna li ġġorri oġġetti ta’ ċerta toqol.
Interessanti ħafna.