Grindr u Tinder huma applikazzjonijiet biex tgħabbi?

 Grindr u Tinder huma applikazzjonijiet biex tgħabbi?

L-apps Grindr u Tinder huma applikazzjonijiet li skont ir-riċerka li tagħmel fuq l-internet, issib li nħolqot f’Marzu tal-2009 f’Kalifornja fejn biha inti tkun tista’ tissoċjalizza ma’ persuni lgbtiq.

Tinder hija simili imma miftuħa iżjed għal kull ġeneru.

Id-differenza bejniethom hija li fuq Grindr inti tkun tista’ tara lill-persuni fil-profili iżjed għaliex fuq Tinder, jidhirlek darba profil u tagħfas tgħoġbokx il-persuna jew le u titlaq. Jekk int tgħoġob lill-persuna l-oħra wkoll, dik tiġi Match. Hemm tkun tista’ titkellem magħha.

Iżda r-realtà ta’ dawn l-apps x’inhi eżatt? Tintuża ħafna għas-sess. Fuq Grindr ikun hemm anke min bi status ta’ Group (ikun qed jistieden persuni oħra għal orġa) jew anke juri li qed jieħu droga waqt l-atti sesswali.

Ovvjament din issir bil-kunsens. Meta persuna tmur barra mill-pajjiż, fuq il-profil jitilgħu persuni li jgħixu fil-pajjiż u tintwera anke d-distanza. Grindr għandha r-reputazzjoni li tintuża għas-sess imma c-Ceo tal-kumpanija jgħid, li 25% jużawha biex jagħmlu ħbieb.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com