Għandu jħallas ir-raġel jew jinqasam il-kont?
La hawn l-ugwaljanza anke li l-mara jistħoqilha li jkollha l-karriera kif għandu jkun, naħsbu li għandu jkun il-fatt li kollox jinqasam. Jew fejn jaqblilna rridu l-ugwaljanza?
X’taħsbu? Qabel kienet bħal mod kif tkun edukat li lill-mara toffrilha li tħallas inti, sew fuq date u anke jekk martek, jew l-għarusa tiegħek.
Imma l-argument li jqum: Mhux it-tnejn jaħdmu? Mela r-raġel isibhom barra?
Mitt opinjoni fuq din. Forsi dawk ta’ ġenerazzjonijiet oħra ma jirraġunawx hekk anzi joħduha b’offiża li nsemmu dan il-kliem. Imma jekk toqgħod taħseb, dawn huma drawwiet antiki li fejn irridu, inżommuhom.
Nofs bin-nofs. Kulħadd ibati għal flusu. Jekk ir-raġel biss jaħdem, dik storja oħra.