Int tpatti jew tinsa?

 Int tpatti jew tinsa?

Kif tgħix ħajtek inti? Għajn għal għajn, sinna għal sinna? Jew tħalli kollox għaddej u tkun bil-paċi f’qalbek?

Mhux kulħadd jirraġuna l-istess.

Hemm min jgħidlek “Le, nibqa’, nibqa’ sakemm inpattilu jew inpattihielhom.”

Mill-banda l-oħra ssib nies li jkunu kapaċi jħallu l-istorja tgħaddi u jirraġunaw li ż-żmien jagħti parir u r-risposta joħduha waħedhom.

Jiddependi x’saħħa għandek li żżomm lilek innifsek u ma tirreaġixxix. Meta taġixxi f’rabja, kapaċi tiżbalja u wara jiddisjpaċik. Anke jekk għandek elf raġun.

L-aħjar mod huwa li taħfer u tinsa. Tħossok iżjed fil-paċi miegħek innifsek u forsi xi darba, il-persuna tinduna li tkun żbaljat. Jekk le, inti xorta tkun irbaħt; irbaħt is-serenità tiegħek u evitajt koċċ drama.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com