Ilni għarusa 7 snin u qatt ma tefa’ ritratt tiegħi!
Intom x’taħsbu dwar din? Issib kull stil u mod ta’ kif koppja tgħix ħajjitha. Hemm min kull pass jitfa’ ritratt.
Hemm min iħobb ikun iktar diskret u ma jkunx jixtieq jaqsam il-ħajja personali tiegħu fil-pubbliku. Ma tagħti tort lil ħadd.
U anqas għandna nitqabblu. Qabel ġie facebook, in-noies xorta kellhom l-imħabba u ma kinux jitfgħu ritratti. Billi partner ma jitfax ritratti tiegħek, ma hemm xejn ħażin. L-importanti r-rispett veru u ġenwin.
Jekk għandek ħsibijiet oħra, importanti tiddiskutiehom mal-partner innifsu flok toqgħod titqatta’ minn ġewwa.