Dehru degħmat fuq ix-xbieha tal-Madonna tal-mirakli f’Ħal Lija
Mhux issa, ilu dan imma sabiħ li nfakkru ġrajjiet li seħħew f’pajjiżna. Fl-20 ta’ Frar tal-1743 jingħad li dehra demgħat fuq ix-xbieha tal-Madonna tal-Mirakli li hemm fil-kappella ddedikata għaliha fil-limiti ta’ Ħal Lija.
Dan kien seħħ lejlet it-terrimot qawwi li kien laqat lil Malta, li iżda, ma kien għamel ebda ħsara u ma ħalla ebda mejtin.
Stejjer bħal dawn jiġru u bħal dejjem, ikun hemm kredetni u oħrajn li jgħidu li dan huwa intervent uman biex joħloq sensazzjoni. Imma, stejjer hekk ġraw u kien hemm dawk veri anke fl-isfera internazzjonali kif tafu, mentri huwa veru wkoll li ġieli kien hemm min inqabad li jkun mess statwa hu u jsibu li d-demm forsi jkun ta’ annimali.
Is-suġġett huwa vast. Jiddependi biss mill-fidi tiegħek.