7 affarijiet li m’għandek qatt tnaddaf bil-baking soda

 7 affarijiet li m’għandek qatt tnaddaf bil-baking soda

Il-Baking soda huwa magħruf għal kemm inaddaf u jaqla’ l-ħmieġ u t-tebgħat. Jintuża spiss saħansitra anke fuq ħwejjeġ. Imma xorta waħda hemm fejn huwa projbit li tużah inkella se jagħmel iżjed ħsara milli ġid.

  1. Fosthom fuq art tal-injam. Anqas fuq għamara tal-injam ma hu tajjeb. Hemm materjal apposta li jnaddaf imma mhux il-baking soda. Għall-injam, kultant ftit sapun normali u ilma fietel jagħmel il-mirakli. Importanti li tixxotta sew dejjem.
  2. għodda tal-kċina tal-aluminium. Hawnhekk ukoll mhux issuġġerut li jintuża l-baking soda. Ħa ngħiduha kif inhi, jekk timsaħ bih biss tgħaddi, imma li tħallieh joqgħod, se jqaxxarlek.
  3. stoves taċ-ċeramika. Jekk tuża l-baking soda, se jħallilek marki bojod qisu grif.
  4. keyboard u oġġetti li fihom xquq. Qatt tuża l-baking soda. Jifniltralek ġewwa u l-prodott jispiċċa għaliex jittiekel.
  5. platti u pużati tal-fidda jew deheb. Il-Baking soda se jigref dan kollu. Tużahx hawnhekk.
  6. uċuh tal-irħam. Bil-baking soda, se tneħħi dak is-saff ta’ protezzjoni li jkun hemm fuq l-irħam u ġġibu raff.
  7. ħġieġ. Il-Baking soda jiġi diżastru hawnhekk. Iħallilek lega li jkollok iddum tgħorok biex iġġibu sura ta’ nies.

Kultant, is-sempliċi jagħmel il-mirakli. Ilma. Naddaf bil-galbu u llostra b’biċċa niexfa wara. Tiffissax.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com