Tibgħatilhom ma jweġbukx. Jibgħatulek, iridu risposta!!!
Hawn ħafna minnhom dawn. Tibgħatilhom qas biss jindenjaw ruħhom iweġbuk jew imqar juruk li qraw il-messaġġ.
Imma meta jkollhom bżonn huma …. missed calls, messaġġi, telefonati, tfakkira …. il-aħwa, donnha qisha faqqgħet it-tielet gwerra dinjija.
Dan huwa eżempju ta’ egoiżmu. Li meta għandi bżonnok trid taqdini imma meta għandek bżonn int, jieħduk for granted.
Għandkom nies hekk fil-konoxxenzi tagħkom?