Tħossok kburi li taf nies ħelwin jew popolari?
Forsi tiġri ħafna fl-adoloxxenti. “Iiii taf min bagħatli lura? Dak il-kantant!”
Imma tiġri wkoll fil-kbar. Iħossuhom kuntenti li jkun weġibhom lura l-Prim Ministru fuq messaġġ bil-mobile, jew xi ministru jew xi personalità televiżiva.
Hija emozzjoni sabiħa u din hija xi ftit jew wisq raġonevoli. Bla dubju, il-popolarità anke dik li tinħoloq permezz tal-midja, tagħmel lill-persuna iżjed taħt il-lenti u anke popolari. Il-fatt li inti min int, jirnexxielek tagħmel kuntatt magħha, tagħmlek kuntent li bħal donnok messejt ma’ persuna magħrufa.
Forsi f’Malta din hija iżjed faċli għaliex aħna żgħar. Anqas toħlom li tkellem lill-Prim Ministru jew Ministru barra minn xtutna bil-mod tfaċli li tkellimhom f’pajjiżna. Jew li tkellem attur jew kantant daqshekk malajr.
Ikunu fula f’qargħa. Aħna xortina tajba.