Via Matris – Manifestazzjoni Marjana bis-sehem tat-tfal u l-adoloxxenti
Via Matris qed issir għat-tieni sena konsekuttiva, f’Ħal Qormi. Hija manifestazzjoni Marjana madwar it-toroq tal-Parroċċa San Sebastjan bis-
sehem tat-tfal u l-adolexxenti. Din l-attività, li l-għan tagħha hu li jkompli jitrawwem il-kult u d-devozzjoni lejn il-Ġimgħa Mqaddsa fost it-tfal u l- adolexxenti, qed tiġbed interess kbir hekk kif izjed minn 150 tifel u tifla ser jieħdu sehem libsin ta’ personaġġi.
Għal din l-istess manifestazzjoni applikaw ukoll numru ta’ reffiegħa adolexxenti sabiex ikunu fost ir-reffiegħa ta’ sett ta’ vari li qed jinħadmu għal din l-inizjattiva u li jirrappreżentaw is-Seba’ Duluri ta’ Marija Santissima. Għall-edizzjoni ta’ din is-sena, ser tkun qed tiżżanżan vara ġdida, dik ta’ Gesu’ fuq is-salib ftit ħin qabel ma miet jew kif inhi magħrufa bħala l-Vara l-Kbira. Din hi xogħol Pawlu Aquilina. Ma’ dawn jingħaqdu wkoll il-grupp ta’ scouts ta’ Ħal Qormi, il-kor tat-tfal ta’ Romina Vella li se janima l-ħruġ u d-dħul ta’ din il-manifestazzjoni b’kant ta’ innijiet funebri u s-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan li għall-okkażjoni ta’ din is-sena ser tkun qed iżżanżan librett ġdid ta’ Innijiet u Marċi Funebri mir-repertorju vast u antik li għandha din is-Soċjetà Mużikali f’Hal Qormi.
Via Matris ser issir nhar is-Sibt 16 ta’ Marzu 2024 fil-5pm. Il- manifestazzjoni tibda minn Triq San Sebastjan u ddur mat-toroq tal-madwar.
Din il-manifestazzjoni qegħdha ssir fuq inizjattiva tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan, il-Kummissjoni Żgħażagħ Bastjaniżi u l-entità konġunta ta’ bejniethom Pintoninu Kids li l-għan aħħari tagħha hu li tara li l-kult, it-tradizzjonijiet u d-devozzjonijiet ma jintilfux maż-żmien u li dawn jibqgħu jiġu mrawwma fil-ġenerazzjonijet futuri.