L-inkonvenjenza li tqum biex jidħol passiġġier fis-seat ta’ ħdejk
Din oħra minn dawk il-mumenti li jiġru lil kulħadd. Kedda sakemm titla’ fuq ajruplan, iġorr, issib post fejn tpoġġi l-bagalja, kedda oħra ta’ attakk nervuż bil-ġakketta fix-Xitwa. Tpoġġi. Tieħu nifs. Tgħid “Għall-erwieħ, fl-aħħar.” Ftit sekondi wara: “Skużani, jimporta tqumli please għax jien għandi s-seat ta’ ħdejk.” Kedda le?
Imbagħad ħars bl-ikrah, bħal donnu għamiltha int l-ewwel darba din il-ġrajja … nies jonfħu u tafu nsomma.
Kif qatt ma ġiet ivvintata sistema fejn jingħajtu l-passiġġieri bin-numri tas-seats u kulħadd ikun fil-kju kif imissu jpoġġi?
Possibbli jew qed naħsbu xi ħaġa li ma tistax issir?