Kemm huwa veru faċli li tieqaf tpejjep?
Kif jgħidu l-Ingliżi; easier said than done. Ħafna jiġġudikaw jew jimponu dak li għamlu huma fuq ħaddieħor. Hawn min iddeċieda li daqshekk sigaretti, sa anke jarmi l-pakkett u ma jkomplix ipejjep. Imma mhux kulħadd l-istess.
Allura dak li ma jirnexxilux daqstant malajr kiesaħ? Jew qżież? Le. Ejja ma nitfgħux lil kulħadd f’keffa waħda.
Qabel xejn, wieħed irid jifhem l-isfond tal-persuna; minn xhiex inhu għaddej u x’kundizzjonijiet jew sitwazzjonijiet għandu. Stress, trawmi, drawwiet u aktar. Kollox jieħu ż-żmien tiegħu u l-proċess ta’ kulħadd huwa differenti. Anke inti li rmejt il-pakkett, għadda ż-żmien biex wasalt sa dak il-punt.
Iżda l-fatt li tieqaf tpejjep huwa dejjem tajjeb. Dan ħadd ma jinnegah.
Xi punti li tista’ tagħmel biex tieqaf tpejjep huma:
- evita triggers li jqabbduk aptit
- żomm chewing gum
- tixxennaqx. warrab jekk tkun tista’ minn fejn min qed ipejjep.
- ippjana data meta se tipprova tieqaf
- emmen fik innifsek
- żomm ruħek okkupat
- fittex sapport. Anke Malta hawn sistemi u sapport li jgħinuk.
id-direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa jgħinuk. Ċempel 8007 3333 għal aktra tagħrif.