Inti tbati bil-kurżita?

 Inti tbati bil-kurżita?

Qatt jibgħatlek messaġġ xi ħadd, jgħidlek li għandu bżonn ikellmek imbagħad iħallik xi sagħtejn tistenna wara li twieġbu biex tara x’għandu bżonn? Jekk f’dawk is-sagħtejn ma tkunx qed tmut bil-kurżita biex tkun taf xi jrid jgħidlek mela aħjar tgħidilna kif jirnexxielek!

Ovvjament, il-kurżita mhix biss dik li tħoss meta xi ħadd idum ma jwieġbek jew iħallik tistenna. Il-kurżita hija wkoll l-istint tagħna l-bnedmin li jwassalna biex inkomplu nitgħallmu, nespandu l-ħiliet tagħna u nsiru aktar kreattivi.

Infatti, meta inti tkun verament interessat f’suġġett partikolari, ngħidu aħna kif tieħu ħsieb lilek innifsek aħjar, mela se tfittex aktar dwar is-suġġett. Se taqra artikli differenti, tara programmi relatati u se tisma’ b’reqqa għax dan is-suġġett jinteressak. Imbagħad, jekk xi ħadd jistaqsik fuqu, tarak dlonk twieġeb il-mistoqsija u tibda tiftakar affarijiet li forsi lanqas kont taf li għadek tiftakar.

Allura għandna nkunu kuntenti jekk aħna t-tip ta’ persuni li nbatu bil-kurżita. Hija l-kurżita li ta’ kuljum tgħinna nitgħallmu affarijiet ġodda u nsiru verżjoni aħjar tagħna nnifisna. Ejja nkomplu nkunu kurjużi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com