Brrrr! Dan huwa l-aktar post kiesaħ fejn jgħixu n-nies fid-dinja

 Brrrr! Dan huwa l-aktar post kiesaħ fejn jgħixu n-nies fid-dinja

Qatt smajtu bil-wied ta’ Omymyakon f’Yakutia, magħruf bħala The Pole of Cold? Dan il-post jinsab fil-Grigal tar-Russja u huwa magħruf bħala l-aktar post kiesaħ fejn jgħixu n-nies fid-dinja.

It-temperaturi f’dan il-post jinżlu sa’ -70℃, it-tip ta’ kesħa li tiffriża l-akoħol! Minkejja dan u grazzi għall-konvenjenzi moderni disponibbli, dan il-villaġġ li wieħed jgħid huwa inabbitabli, jospita fih 500 persuna Siberjana li għandhom xogħol tradizzjonali bħat-trobbija tal-merħliet tar-renni, kaċċa u sajd.

Intant, jidher li qed isir ftit aktar popolari fejn jidħol it-turiżmu, partikolarment għal dawk il-persuni li ma jibżgħux iċekċku ftit snienhom bil-bard.

Inti titħajjar tmur s’hemm?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com