8 razez ta’ klieb ideali għall-kumpanija tajba!
Li jkollok pet, jgħinek tgħix ħajja iżjed f’saħħitha, irrelevanti l-età tiegħek. Li tkun responsabbli mill-kelb, jgħinek ukoll tagħmel xi ftit eżerċizzju, anke sempliċi … inkella l-kelb ma jħallikx bi kwietek jekk ma toħorġux xi ftit. Iġiegħelek titbissem ukoll. Wisq ħelwin.
L-iżjed popolari huma dawn:
- poodle. Sufin, żgħar, xi ftit storbjużi imma ġentili.
- bichon frise. Għandhom bżonn ftit manutenzjoni imma wkoll ħelwin u żgħar.
- beagle. Simpatiċi mmens u fessudin wisq. Ituk ħafna mħabba.
- pomeranian. Mimlijin enerġija, kwieti u intelliġenti ħafna.
- french bulldog. Wisq kuċċli. Widnejhom qishom ta’ fenek. Jeċitaw ruħhom spiss.
- Maltese. kelb sabiħ immens. Nadif u jħobbu joqogħdu f’ħoġrok.
- greyhound. Kelb xi ftit imdaqqas. Rett u attent. Iħobbu jtellqu imma wkoll jimteddu fuq is-sufan.
- Schanuzer. Fihom kumpanija ħelwa u jħobbu jkunu ttrenjati. trid l-enerġija magħhom.
Biss dejjem huwa importanti li qabel iġġib kelb, tara li tiflaħ għalih, għandek il-ħin, u li tieħu ħsiebu kif suppost. Jekk iġġib kelb biex tgħid għandek kelb, aħjar ma tintriga xejn.
L-annimali jtuna ħafna mħabba u iżjed. Minnhom nitgħallmu u nkunu iżjed ferħana.