F’Malta ukoll deheru l-UFO’s!

 F’Malta ukoll deheru l-UFO’s!

UFO – undentified flying object. Spiss nisimgħu stejjer dwarhom. Ħafna minn dawn id-dehriet jissejħu foloz jew ċajt goff jew inkella maħluqa mill-bniedem għall-attenzjoni. Hemm min isostni li dak li jkun qed joħlom. Imma dawn l-istejjer huma antiki ferm issa.

Il-fenomenu tal-UFO bdiet lura fl-1693 meta l-Puritani rrekordjaw l-ewwel dehra ta’ xi ħaġa stramba tleqq u b’ħafna dawl qawwi fuq l-Amerka. Dan il-fenomenu wassal għal stejjer foloz imma wkoll stħarriġ serju minn gvernijiet diversi speċjalment dak Amerikan. Mill-Ewropa saċ-Ċina, mir-Russja sal-Awstralja, l-interess mill-gvernijiet ta’ dawn huwa reali.

Huwa sostnut li għad jasal il-mument li dawn jagħmlu interazzjoni fenomenali man-nies ta’ fuq l-art. Hemm stejjer li jgħidu li ġieli ttieħdu nies abbord il-UFO’s u tniżżlu lura. Dawn jirrakontaw stejjer impressjonanti fejn jgħidu li bħal donnu l-ħin waqaf, raw speċi li qatt ma raw qabel fuq l-art u ma jkunux jafu x’laqathom. Jiġri ħafna li dawn in-nies ma jitwemmnux jew inkella, jingħad li qed jagħmlu hekk għall-fama u l-flus.

F’Malta, kellna diversi rapporti dwar dawn id-dehriet bl-iżjed waħda antika rrekordjata tmur lura għat-18 ta’ Ġunju 1845 fejn deheru tliet oġġetti misterjużi telgħin minn fuq il-baħar għal fuq Malta.

Ġrat ukoll fis-Sajf tal-1947 fejn sajjied ra wkoll oġġett stramb b’ħafna dawl fuq il-baħar u mbagħad għebb f’ħakka t’għajn.

Riċentament ukoll kien hemm rapporti simili, bl-aħħar waħda tkun fl-2020 f’Ħaż-Żabbar.

Ġieli ma jingħatawx kas u l-istorja tintesa bħal ħafna oħrajn. Imma r-raġuni ttik x’tifhem, li possibbli qegħdin weħidna fl-univers li huwa tant kbir?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com