“Smajtu kemm jiżher?” – Min? Aqrah ħa tkun taf!
Il-ħsejjes li jagħmlu l-annimali għandhom kelma li tispjegaħhom. ħafna minn dan il-kliem ma tantx jintuża imma huwa kliem sabiħ u interessanti ħafna.
Dawn huma xi eżempji:
- Iż-żiemel jiżher
- it-tiġieġa tqaqi
- il-qattus inewwaħ
- il-ħanżir iħamħam
- is-serp izekzek
- iż-żrinġ itaqtaq
- il-mogħża twetwet
- il-wiżża twaqwaq
- il-pappagall inaqnaq
- il-balena tkanta
- il-papra tlaqlaq
Tafu b’iżjed?